hajku bil-malti

Blogg dedikat ghall-kitba tal-hajku bil-Malti. Il-hajku normalment ikun tlett versi ta' 5,7 u 5 sillabi li jiddeskrivu xena reali b' semplicita. Il-hajku tradizzjonali mhux mahsub li jesprimi emozzjoni diretta.Il-hajku hafna drabi huwa ispirat min-natura u hafna drabi jirreferi ghal stagun tas-sena. Hemm hajku perfett, dak li jsegwi l-istruttura rigida u r-regoli ta' l-iskola tradizzjonali, u hajku imperfett, dak li jiehu xi ftit liberta'.Intom ilkoll mistiedna tiehdu sehem f' din l-esperjenza.

Tuesday, April 11, 2006


hemda tilma sewdiena
fl-imbatt ta' l-ilma mdardar tal-port
il-fanal qed jiccaqlaq




jogħdos il-gallozz

jupp! jupp! qallu missieru

w it-tifel jidħaq

sors tar-ritratt: www.saltgrassflats.com

malvizzun jizfen
jizfen ma jibzax minni
qed jahbi l-bejta


b'gharwien jizzellaq

mal-hosta l'ghadni kemm zrajt

jiftah l-istagun

ritratt: http://www.suite101.com/

BLOG GDID GHALL-HAJKU BIL-MALTI

Dan il-Blogg hu dedikat ghall-kitba tal-poezija bil-Malti, specjalment ghall-generu tal-hajku.

Hajku perfett u hajku imperfett. L-awtur qed semplicement jahrab ftit mill-hajja kollha hinijiet u pizijiet billi jharbex giex linji wara li jkun ra xihaga, u jitbissem waqt li jahseb ''kemm hi vera din ix-xena''.

Il-hajku jippermetti lill-awtur li jsib fih dik id-dixxipplina, dik l-armonija bejn ir-realta esterna u dik interna, bejn id-dinja imperfetta tal-kejl u tal-lingwa u dik ta' bla qies 'ma perfetta - id-dinja holqien ta' ommna natura.



April.