hajku bil-malti

Blogg dedikat ghall-kitba tal-hajku bil-Malti. Il-hajku normalment ikun tlett versi ta' 5,7 u 5 sillabi li jiddeskrivu xena reali b' semplicita. Il-hajku tradizzjonali mhux mahsub li jesprimi emozzjoni diretta.Il-hajku hafna drabi huwa ispirat min-natura u hafna drabi jirreferi ghal stagun tas-sena. Hemm hajku perfett, dak li jsegwi l-istruttura rigida u r-regoli ta' l-iskola tradizzjonali, u hajku imperfett, dak li jiehu xi ftit liberta'.Intom ilkoll mistiedna tiehdu sehem f' din l-esperjenza.

Thursday, August 30, 2007

dik ix-xitwa

taħt il-ħarruba

tista' xxomm lil Novembru

fl-aroma tal-miżwet



ritratt : http://blog.livedoor.jp/sevam_a


iż-żrinġ tal-ponot


iż-żrinġ tal-ponot

kien qaluli li jaqbeż

'ma rajtu jimxi

Thursday, March 22, 2007

nawguralek xEUqat sbieħ


sTuprata minn zeus [u minn hitler u minn stalin]

wara ntefgħet fuq mejda

u weldet trattat


kelli biċċ' għalqa[kieku ħerġin il-permessi]

kOnt se nibniha imma

insibek fin-nofs


pass ieħor flimkien

ta' mpenn transkonfinali

ibejjet it-tajr[birds directive]


kelli delizzju[kont lest anke nwaqqa gvern]

brussel Għandhom għalija

addiju l-gabjun


kiber it-tifel[u kibret il-familja, l-iżgħar fost it-trabi jisimha Malta]

u f' maastricht tElaq jimxi

u daħħal il-ġai


ġejjin bid-dgħajjes

bgħaTthom londra ġew lura

żommHom fuq żaqqEk[jew ħal safi, jew il-marsa]


®ġajna fuq mejda

nitħaddu mpenn diżimpenn

illum niftiehmu

Thursday, March 15, 2007

(xita)nebbieta(ħsibijiet)


eħxen minn nida

sħaba bandla melliesa

irxiex fuq moħħi



ritratt: http://atthetable.wordpress.com/

Wednesday, February 28, 2007

twelid

feraq qoxra silġ

nitfa ta' krokus jixgħer

rebbiegħa ġdida


ritratt: www.art.com

Wednesday, January 03, 2007


fanal tas-sikka
jitbandal f' ħalla baħar
bejn sema w ilma

Friday, October 27, 2006

qattiegh is-sisien




weraq imqarwes
jarmi rieha ta' hdura
fi triqet l-ismog


fil-metro

zzomm m' ommha mkeffna
taqbad ghajnejn strangieri
in-differenti

Tuesday, September 05, 2006

hajku mperfett


U doqt il-ħelwa futilita'

ta' ħajja mhux mistoqsija

ta' buqar ma jżommx ilma